Kmieni dalgħodu, permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook, il-kantant li rajna fl-ewwel u fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta ħabbar it-telfa tal-għażiż missieru.
Hu qasam ritratt ma’ missieru u kiteb, “Fl-aħħar tista’ tistrieħ fil-paċi Papa. Grazzi ta’ kollox… tir fil-għoli.”
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Matt u l-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Nittamaw li jsibu s-sabar u l-kuraġġ.