Fuq il-paġna Ftit Minn Kollox, in-narrattriċi qasmet ftit ħsibijiet mas-segwaċi tal-paġna dwar kif għandek taġixxi meta tikber fiż-żmien.
Hi bdiet billi semmiet il-preġudizzji, “Fl-età tiegħi jgħidu li m’għandix nibqa’ nilbes jeans issikkat jew imqatta’, għax ‘dak jintlibes minn tfajliet żgħar.’ Jgħidu li għandi naqta’ xagħri, għax ix-xagħar twil ‘iġagħalni nidher ikbar.’ Li l-makeup tiegħi għandu jkun diskret, li m’għandix nagħmel lipstick aħmar għax ‘ma jixraqlix.’ Li għandi nilbes kuluri ċari biex nidher ‘eleganti’ u nevita l-iswed għax ‘tad-dwejjaq.’ U lanqas m’għandu jgħaddili minn moħħi li nieħu selfies… għax ‘fl-età tiegħi huma ridikoli.’ U jien, sirt nidħak b’dan kollu.”
Żiedet tispjega, “Għax fl-età tiegħi tgħallimt li l-ħajja ttir, li ‘x’se jgħidu’ ma jħallasx il-kontijiet tiegħi, ma jħassarx it-tikmix tiegħi, u lanqas ma jġagħalni nidħak. Fl-età tiegħi, nagħmel li rrid. Jekk irrid niżfen waħdi fil-living room, niżfen. Jekk irrid nilbes jeans imqatta’, nilbsu. Jekk irrid nagħmel lipstick aħmar jgħajjat, nagħmlu. Fl-età tiegħi, m’għadnix insegwi regoli assurdi ivvintati minn oħrajn biex jikkontrollaw il-ferħ ta’ ħaddieħor.”
Kitbet ukoll, “Għax il-libertà ma tiġix meta tagħlaq 18-il sena… tiġi meta tieqaf titlob permess biex tkun kuntent. U fl-età tiegħi, li tkun kuntent, hija l-unika ħaġa li verament tgħodd.”
Facebook / Ftit minn kollox