Nawguraw F’Għeluq Sninha Lill-Preżentatriċi U Ġurnalista Tal-Isports Joanna Camilleri

Joanna Camilleri

Illum, l-atleta, preżentatriċi u l-ġurnalista tal-isports Joanna Camilleri qed tiċċelebra jum għeluq sninha.

Lil Joanna nafuha tippreżenta l-aħbarijiet sportivi, u fil-passat anke preżentat programmi relatati mal-isports. Hija wkoll għamlet żmien bħala atleta tal-judo u kkompetiet f’diversi kompetizzjonijiiet tal-judo f’isem pajjiżna.



Lil Joanna rajnieha wkoll fil-programmi speċjali tal-EURO 2020 u tat-Tazza tad-Dinja fejn kienet waħda mill-preżentaturi tal-programm li dam għaddej tul l-istaġuni. Kellha anke f'idejha l-kummentarju tal-Malta Marathon.

Il-ġurnalista tal-isports u xandara ħadet sehem fil-maratona ta’ Padova f'April ġewwa l-Italja u lestietha. Sentejn ilu klassifikat anke fl-10 post fl-AIPS Sport Media Awards.

Awguri minn qalbna Joanna u nixtiqulek aktar suċċessi fil-karriera tiegħek u f'ħajtek! Joanna Camilleri Socials

Ritratti:

Facebook/ Joanna Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI