Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħarġet twissija oħra fuq bajja oħra. Dan minħabba tnixxija ta’ drenaġġ…xi ħaġa li qisha se ssir drawwa.
“Skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinnotifika lill-pubbliku li, bħala miżura ta' prekawzjoni, l-għawm mhuwiex irrakkomandat minħabba tnixxija ta' drenaġġ fis-sit indikat,” kitbet il-paġna tal-Environmental Health Directorate Malta fuq Facebook.
“Dan l-inċident jista' jaffettwa l-kwalità tal-ilma tal-għawm u jista' joħloq riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-EHOs qed iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw is-sors u l-estensjoni tal-kontaminazzjoni. F'dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.”
Which Beach
Facebook / Environmental Health Directorate Malta