"Forsi Dak Il-Jum Jasal U Nkun Nista' Nerġa' Niġi Għalik U Noħorġu…" – Paul Giordimaina Lill-Għażiża Ommu

Paul Giordimaina qasam fuq il-profil tiegħu messaġġ mill-isbaħ lil ommu l-għażiża hekk kif fakkar sena ilu meta ħarġu l-aħħar darba qabel faqqgħet il-pandemija u nbidel kollox ta’ taħt fuq.

Paul jixħet żewġ ritratti prezzjużi ta’ dik il-ġurnata qabel sfortunatament bħal anzjani oħra ommu kellha tibqa’ ġewwa minħabba l-imxija tal-Covid-19. “Forsi dak il-jum jasal u nkun nista’ nerġa’ niġi għalik u noħorġu flimkien”. Kellu bżonn ifakkarha xi ħaġa partikolari wkoll li fiha għandu x’jaqsam Andrew Zammit.

“…u tinsiex ma li nafu lil Andrew Zammit ikla u emminni mhux se jinsa jiġifieri aħjar neħlisuha”. Ċajta ħelwa li żgur kieku jista’ jiltaqa’ magħha jgħidielha u jġiegħelha titbissem!

Kuraġġ Paul u kuraġġ lil ommok u lill-anzjani kollha li jinsabu ‘l bogħod minn qrabathom! Xi darba dak il-jum jasal ukoll.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI