“Fost Il-Karattri Li Interpretajt Tul Is-Snin, Dan Kien Wieħed Mill-Aktar Diffiċli Għalija… Bi Storja Li Ħalliet Marka Fuqi” – Lawrence Buontempo

Lawrence Buontempo

Lawrence Buontempo huwa attur Malti magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu f’diversi produzzjonijiet televiżivi u teatrali, fejn kiseb apprezzament għall-versatilità u l-impenn tiegħu lejn kull rwol. Matul il-karriera tiegħu, huwa ta l-ħajja lil bosta karattri li ħallew impatt fuq l-udjenzi, fosthom L-Ispettur Lowel, u aktar fis-snin qrib, Alex Il-Prim.

F’kitba li qasam fuq Facebook, Lawrence tkellem dwar il-karattru ta’ Alex il-Prim, li interpreta fil-produzzjoni JACKPOT 4 ta’ DBA Entertainment.

Huwa stqarr li dan kien wieħed mill-aktar rwoli diffiċli li qatt interpreta, filwaqt li spjega li Alex għadda minn żvilupp interessanti fuq żewġ staġuni.

" Alex il-Prim. Fost il-karattri li interpretajt tul is-snin, dan kien wieħed mill-aktar diffiċli għalija... Karattru b’ħafna piż, b’ħafna saffi, u b’istorja li ħalliet marka fuqi. X'tistenna mill-pinna tal-kbir Jason. Kienet esperjenza indimentikabbli."

Hu jkomplu kważi jqanqal kurżità dwar jekk hux se jkompli JACKPOT 4 - "U hemm min jgħid li l-istorja tiegħu għadha ma spiċċatx."

Tixtieq li jirritorna staġun ieħor ta' JACKPOT 4?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI