“Kull Ġest, Kull Attività U Kull Donazzjoni Jgħinuna Nibqgħu Noffru Dinjità, Kura U Dar Lil Min Għandu Bżonnha.” – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa

Bjorn Formosa qasam post fejn esprima gratitudni kbira lejn diversi komunitajiet, għaqdiet, soċjetajiet u entitajiet li fi sforz kollettiv ħadmu biex joffru aktar appoġġ għal DAR Bjorn.

Bħalma dejjem ngħidu, kull qatra tgħodd, u l-attivitajiet kollha li saru dan l-aħħar ċertament li ħallew il-frott għall-missjoni konsistenti ta' Bjorn. Missjoni li dejjem baqa' jirsisti għaliha, minkejja l-ostakli.

"Li tkun taf li hemm min jibqa’ miexi magħna f’din il-missjoni jagħtina kuraġġ biex inkomplu. Kull ġest, kull attività u kull donazzjoni jgħinuna nibqgħu noffru dinjità, kura u dar lil min għandu bżonnha. Int ser tgħin? Tinsinix!" - Bjorn

Kuraġġ dejjem Bjorn, u minn qalbna Prosit lil dawk kollha li ma nesewx lil dan l-eroj!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI