“Il-Madum Malti Għandu Post Speċjali F’Qalbna” – Malta Tiles Kburin Bil-Kollaborazzjoni Ma’ Richard E. Grant

Malta Tiles qasmet is-sodisfazzjon tagħha wara li kellha l-opportunità li tkun parti minn Very Modern Odyssey, il-produzzjoni ta’ Richard E. Grant, fejn setgħet turi lis-segwaċi minn madwar id-dinja s-sbuħija u l-istorja tal-madum tradizzjonali Malti.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li tqis din l-esperjenza bħala waħda li tapprezza immensament, hekk kif il-madum Malti huwa parti importanti mill-identità kulturali ta’ Malta u jġorr miegħu memorji, tradizzjonijiet u l-ħidma tal-artiġjani li bnew din is-sengħa tul is-snin.

"Il-madum Malti għandu post speċjali ħafna f’qalbna, u aħna ħerqana biex inkomplu naqsmu l-istorja tiegħu sabiex inkomplu nibnu apprezzament għal din is-sengħa sabiħa," qalet Malta Tiles.

Il-kumpanija rringrazzjat lil Richard E. Grant u lit-tim tiegħu talli tawha din l-opportunità, filwaqt li esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn il-klijenti u dawk kollha li jkomplu jappoġġjaw il-missjoni tagħha biex tippromwovi u tiċċelebra t-tradizzjoni tal-madum Malti.

Fl-istess waqt, Malta Tiles irringrazzjat ukoll lill-Fondazzjoni Malta Crafts talli għenet biex din il-kollaborazzjoni setgħet issir realtà.

Ritratti:

Facebook / Malta Tiles

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI