“Fr.Hilary Tagliaferro Ngħata L-Premju Lifetime Achievement Waqt Iċ-Ċerimonja Tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema Tas-Sena 2026” – St. Julian’s Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom St. Julian’s Malta tkellmu dwar Fr.Hilary Tagliaferro li ngħata l-premju Lifetime Achievement waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena.

Huma qalu, “Fr.Hilary Tagliaferro ngħata l-premju Lifetime Achievement waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026, li matulha ġew ippremjati ħaddiema, timijiet u organizzazzjonijiet għall-kontribut tagħhom fid-dinja tax-xogħol.”

Żiedu, “Matul l-istess serata, Marlon Grech rebaħ il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026. Iċ-ċerimonja saret il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru, fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.”

Qalu wkoll, “Matul is-serata ngħataw premjijiet fi 12-il kategorija differenti, fosthom żewġ kategoriji ġodda li jirrikonoxxu l-kontribut tal-ħaddiema u tal-organizzazzjonijiet lejn it-titjib tal-produttività permezz tad-diġitalizzazzjoni. Kategoriji oħra rrikonoxxew inizjattivi li jippromwovu l-inklużjoni, ir-responsabbiltà soċjali u l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI