“X’Inhu S-Sens Li Nitkellmu Dwar Il-Prevenzjoni Tas-Suwiċidju Jekk, Fl-Istess Waqt, Taħt Forom Differenti Numiljaw Lill-Impjegati Tagħna, Inċekknu Lil Sħabna …” – Etienne Schembri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-preżentatur Etienne Schembri qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ verament relevanti.

Qal, “X’inhu s-sens li nitkellmu dwar il-prevenzjoni tas-suwiċidju jekk, fl-istess waqt, taħt forom differenti numiljaw lill-impjegati tagħna, inċekknu lil sħabna, nweġġgħu lill-membri tal-familja tagħna jew lill eks-maħbubin tagħna jew saħansitra nġiegħlu lil xi ħadd iħossu li ma jiswa xejn?”

Żied, “It-trattament ħażin mhux dejjem jieħu l-forma ta’ għajjat jew vjolenza. Xi drabi jkun: kritika kontinwa li ġġiegħel lil persuna tħoss li qatt mhi tajba biżżejjed; l-umiljazzjoni ta’ persuna quddiem ħaddieħor; li tinjora lil xi ħadd apposta biex iġġiegħlu jħossu inviżibbli; bullying, intimidazzjoni, jew l-użu tal-pożizzjoni biex tnissel il-biża’; li tkellem lill-impjegati bħallikieku m’għandhomx dinjità jew sentimenti; rimarki sarkastiċi li bil-mod il-mod jeqirdu l-kunfidenza ta’ persuna fiha nnifisha; li tittratta lil sħabek bħala kompetituri minflok bħala bnedmin; li ġġiegħel lil xi membru tal-familja jħossu li huwa piż fuq ħaddieħor; li twarrab it-tbatija ta’ xi ħadd bi frażijiet bħal “Tkunx daqshekk sensittiv/a,” jew “Ma tiswa għal xejn”; li tkun ħanin fil-pubbliku iżda kattiv u krudili meta l-bibien jingħalqu.”

Temm jgħid, “Il-prevenzjoni tas-suwiċidju tibda mill-umanità. Tibda mir-rispett. Tibda mill-empatija. Tibda mill-mod kif nitkellmu u nittrattaw lil dawk ta’ madwarna.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI