Membri Ta’ The Nigerian Association.Malta And Gozo Jagħmlu Clean-Up F’San Pawl Il-Baħar

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar tkellmu dwar inizjattiva sabiħa ta’ membri minn The Nigerian Assoziation.Malta and Gozo.

Qalu, “Nirringrazzjaw lill-membri ta' The Nigerian Association.Malta and Gozo tal-inizjattiva li ħadu biex ilbieraħ għamlu clean-up fi Triq il-Wileġ. Huma kienu assistiti mill-Viċi Sindku ta' San Pawl il-Baħar Chris Vella Petroni.”

Żiedu, “Napprezzaw ferm kull inizjattiva li tittieħed fil-lokalità minn għaqdiet u assoċjazzjonijiet li jagħtu s-sehem tagħhom biex jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità.”

Prosit kbira lil dawk involuti!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI