Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo kiteb messaġġ mill-qalb għall-għażiż missieru li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Mark jesprimi kemm hu grat lejn l-appoġġ kontinwu li juri u dwar kemm dejjem isibu hemm għalih.
"Awguri f’għeluq sninek, għażiż missieri! Grazzi tal-appoġġ tiegħek u talli kont parti minn tant mumenti memorabbli f’ħajti. Nawguralek ħafna snin oħra ta’ hena, imħabba u saħħa."
Qasam anke ritratt meħud mill-MFCC waqt il-Malta Eurovision. Awguri mill-qalb lil missier Mark Anthony!