“Francesca Rrid Ngħidlek Biss Li L-Kromosoma Żejda Għamlitek Iżjed Ħelwa” – Ommha Fil-Jum Internazzjonali Għall-Persuni b’Diżabbilità

Illum huwa l-Jum Internazzjonali Għall-Persuni b’Diżabbilità, fejn dawn in-nies qed jiġu ċċelebrati b’mod li juri li fil-verità, mhumiex ‘diżabbli’ iżda għandhom kapaċitajiet kbar. Waħda mill-persuni li qed iqajmu kuxjenza f’dan il-jum hija Michelle Rausi, omm il-mudella ċkejkna Francesca.





“Aħna f’din il-ġurnata niċċelebraw l-abiltà ta’ dawn l-individwi. Jien inqishom bħala l-fjuri li jgħatu l-kulur lid-dinja,” kitbet Michelle fuq il-midja soċjali.

“Francesca rrid ngħidlek biss li l-kromosoma żejda għamlitek iżjed ħelwa. U kif narak tikber qed tikkonvinċini aktar li dik il-kromosoma żejda hija nieqsa minna lkoll.”



“Ibqa’ uri lid-dinja li tista’ u li se tagħmel kollox. Aħna dejjem se nkunu warajk biex narawk tikseb u niċċelebraw il-kisbiet kollha miegħek. Inħobbuk ħafna.”

Facebook/Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI