Meta wieħed jaħseb fi Frar moħħok malajr imur fuq il-qawl Malti, “Frar fawwar jimla l-bjar.” Ix-xahar ta’ Frar huwa marbut max-xita imma donnu din is-sena kollox ħadem bil-kontra. Il-paġna It-Temp Madwarna ħarġet ftit fatti kurjużi dwar dak li seħħ din is-sena.
Kollox juru li f’ċertu lokalitajiet, Frar tal-2020 kien aktar xott minn Lulju 2020. Anke jekk hawn lokalitajiet li baqgħu kompletament xotti f’dan ix-xahar, il-medja nazzjonali ta’ Lulju 2020 hija xorta iżjed minn ta’ Frar 2020. Minn qatt kien jemmen li x-xahar sajfi ta’ Lulju ħa jkun aktar imxarrab minn dak ta’ Frar.
Biex inkomplu naraw kemm hu rari dan il-fatt, jidher li tul dawn l-aħħar 35 sena, erba’ darbiet biss għamlet ix-xita fix-xahar ta’ Lulju. Din is-sena u s-sena 2019! Tgħid għandna nistennew ix-xita s-sena d-dieħla peress li fuq tlieta toqgħod il-borma?