'FUQ' – Ċelebrazzjoni Tal-Kultura Urbana, L-Għaqda U S-Saħħa Li Nsibu F’Xulxin

L-artist Malti Liston għadu kemm ħareġ il-filmat uffiċjali ta’ FUQ, b’kollaborazzjoni ma’ K3y (Kieron Bonello) u Kapitlu Tlettax. Produzzjoni ta’ Daniel Borg Siconic, li produċa anke r-remix tal-kanzunetta.

Din il-kanzunetta toħroġ messaġġ b’saħħtu – li f’kull sitwazzjoni, jekk ningħaqdu, nistgħu nitilgħu fuq. FUQ hija aktar minn kanzunetta – hija film mużikali li juri l-qalb tal-kultura URBANA f’MALTA.

Kull dettall – mil-lirika għall-viżwali – ġie maħluq mill-ekwipaġġ ta’ Street Elements flimkien ma’ RAW MEDIA MALTA, kollha b’passjoni għal dak li jagħmlu. 

  • Direzzjoni artistika u lirika oriġinali minn Liston
  • Żfin minn Street Elements, capoeira, u dancers urbani oħra
  • Koreografija minn Charline Grange
  • Filmata minn RAW Media
  • Remix minn Siconix
  • Parteċipazzjoni ta’ MSSA – Malta Street Sports Alliance Roti, skateboards.

Il-filmat huwa ċelebrazzjoni tal-għaqda, l-kreattività u l-ħajja tat-triq – mixja lejn il-quċċata b’rispett u appoġġ bejnietna. FUQ tfakkarna li fil-qalba tal-hip-hop hemm l-familja u l-komunità.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI