"Għad Hemm Bżonn T'Iżjed Xita!" – It-Temp Madwarna

Hekk kif matul dawn l-aħħar jiem gżirijitna affaċjaw diversi ħalbiet tax-xita, l-paġna It-Temp Madwarna spjegat l-importanza u l-ġid li għamlu dawn il-ħalbiet, filwaqt li saħqet li l-ħtieġa għal iżjed xita tibqa’ eżistenti.

“Nistgħu ninnutaw li l-ilma tax-xita ppenetra biss ftit ċentimetri, m’ogħla id, fil-ħamrija,” spjegaw huma fejn saħqu li proprju għalhekk taħt il-ħamrija għadu “kompletament xott”.





Jidher li fil-jiem li ġejjin m’għandna nistennew l-ebda ħalbiet tax-xita iżda għandna nistennew biss temperaturi baxxi u riħ kemxejn qawwi, skont aġġornament tat-temp maħruġ mill-paġna Malta International Airport Weather.

Nittamaw għal iżjed xita!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI