Qed jiġi rrappurtat li fi ftit jiem ser tinsel xi ftit it-temperatura, imma qabel jiġri dan, mid-dehra fadlilha x’titla. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna qalu, “Bħalissa arja xotta ħafna minn fuq id-deżert. Umdità 20%. Għada 25/7 mistenni l-aktar jum sħun tas-sena b’temperatura massima ta’ 41°C (tinħass 45°). Indiċi UV: 12.”
Permezz ta’ kitba separata, dalgħodu qalu, “Fil-jiem li ġejjin se nesperjenzaw temp kuntrastanti ferm. Id-dettalji: Ċiklun mill-Baħar Atlantiku se jissaħħaħ fuq l-Italja fi tmiem il-ġimgħa u miegħu se jiġbed kurrenti kesħin mill-Majjistral tal-Ewropa. Tbassir: Fit-ijiem li ġejjin (sas-Sibt 26/7) se nesperjenzaw l-aktar temp sħun għal dan is-sajf b’temperaturi massimi viċin l-40°C (jinħassu sa 45°C). Mill-Ħadd 27/7 qed nistennew ijiem ta’ riħ qawwi (sa Forza 6-7) li se jbaxxu t-temperatura massima b’aktar minn 10°C!”