Fuq il-paġna uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili Ta’ Malta ġew ippubblikati kelmtejn li jonoraw il-memorja ta’ Manwel Curmi, pumpier li tilef ħajtu xahar ilu.
Kitbu, “Għadda xahar minn mindu tlifna l-pumpier kuraġġuż tagħna, id-dedikazzjoni tiegħu qatt mhi se tintesa. Nonoraw is-servizz u s-sagrifiċċju tiegħu. Nitolbu li l-memorja tiegħu tkompli tkun ta’ ispirazzjoni għalina u tgħaqqadna lkoll flimkien.”
Nammiraw tassew id-dedikazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili Ta’ Malta, li jiddedikaw ħajjithom biex isalvaw u jipproteġu lil kull persuna li tkun fi bżonn.
Inżommu fit-talb tagħna lil Manwel Curmi, u kif ukoll lill-qraba u l-ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Is-servizz tiegħu huwa tassew apprezzat u ma ninsewh qatt. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Civil Protection Malta