“Għaddew Is-Snin U Bqajt Ma Sibtx Is-Sabar!” – Omm Juan Li Tilef Ħajtu T’14-Il Sena Minħabba L-Kanċer

Omm iż-żagħżugħ Juan Barbara li kien tilef ħajtu t’14-il sena wara ġlieda kontra l-kanċer lura fl-2012 tistqarr li għadha sal-lum il-ġurnata ma tistax issib is-sabar.

Ommu fakkret il-memorja tiegħu fejn stqarret li l-ikbar weġgħha tagħha hi li lil binha tista’ tikkomunika miegħu biss billi tpoġġilu l-fjuri fuq il-qabar tiegħu. Dan hekk kif kieku llum għadu fostna kien jagħlaq 27 sena.

“Disa’ xhur għamilna barra qalbna mtertqa u tturufnata, fl-aħħar fiqt u ġejna lura u dik għalina kienet l-isbaħ ġurnata,” kitbet ommu f’poeżija emozzjonali fejn tesprimi l-uġigħ tagħha.

“Il-ferħ tagħna ftit gawdejna għax wara sitt xhur erġajt imradt, flimkien għexna daż-żmien iebes sakemm int l-aħħar nifs ħadt,” kompliet l-omm b’dieqa.





Strieħ fis-sliem, Juan!

Ritratti: Facebook / Janice Barbara Gatt u In Loving Memory of Juan Barbara



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI