L-AAA qiegħdin jipprovaw isibu familja għal kelba li nstabet mimlija parasitti, biss issa jidher li qed tingħata l-kura li teħtieġ.
“Minkejja li għaddiet minn ħafna, madankollu baqgħet sabiħa u xorta waħda għadha titbissem,” tispjega l-assoċjazzjoni fuq il-mezzi soċjali.
L-għaqda, li hi magħrufa li tgħin diversi annimali abbandunati, rringrazzjat ukoll lil Anthea li kienet proprju hi li sabet din il-kelba u ħaditha għand l-AAA sabiex tkun tista’ tiġi megħjuna.
Prosit tassew!
Ritratti: Facebook / Association for Abandoned Animals (AAA)