F’dan il-jum speċjali, Amber għażlet li taqsam mal-pubbliku ritratt sabiħ flimkien ma’ messaġġ personali u mill-qalb. Fi kliemha, kitbet, “34. Għaddiet sena oħra u grata għal dak kollhu li kien fiha. Ħerqana biex nara din is-sena x’ser toffri.”
Il-messaġġ tagħha jirrifletti l-maturità u l-pożittività li tant jagħmluha maħbuba fost il-pubbliku Malti, artista, sensittiva u dejjem b’attitudni ta’ gratitudni lejn il-ħajja. Amber kompliet tispikka fil-karriera tagħha mhux biss permezz tal-vuċi u t-talent tagħha, iżda wkoll permezz ta’ l-umanità u s-sinċerità li dejjem turi mal-udjenza tagħha.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nixtiequ nawgurawlha għeluq sninha mimli mħabba u ferħ. Nittamaw li dan il-jum ikun wieħed speċjali, u li jkun imdawwar b’nies li jħobbuha u japprezzawha daqs kemm aħna napprezzawha bħala figura pubblika u bħala persuna.
Nawgurawlek sena ġdida mimlija saħħa, paċi, ispirazzjoni u kuntentizza.