Għaliex Hawn Min Jieħu Kollox Personali?

“U jien xi stajt għedtlu jew għedtilha?” — din il-mistoqsija toħroġ meta xi ħadd jieħu għalih b’xi kumment li xi ħadd inkun għadda mingħajr ebda intenzjoni. Iżda kont taf għaliex jiġri dan?

Skont studji filJournal of Social and Clinical Psychology, xi individwi għandhom sensittività emozzjonali aktar għolja, li tfisser li l-moħħ tagħhom jirreaġixxi b’mod aktar intens għal differenza fit-ton jew ġesti żgħar. Dan jista’ jiġi minn esperjenzi preċedenti — bħal kritika frekwenti, abbuż, jew relazzjonijiet li ħallew marka fuq l-istima personali tagħhom.Meta l-istima personali tkun fraġli, kull osservazzjoni tinħass bħala validazzjoni tal-biżgħat tagħhom stess.

Barra minn hekk, nies li jieħdu kollox personalment spiss jippruvaw jżommu kollox taħt kontroll — bħala mod biex jipproteġu lilhom infushom minn uġigħ emozzjonali.Il-bidla tibda meta wieħed jagħraf li mhux kollox hu dwaru. Ħafna drabi, dak li jgħid jew jagħmel ħaddieħor jirrifletti lil dak il-persuna, mhux lilek.Meta titgħallem tiddistingwi bejn kritika kostruttiva u proġezzjoni ta’ oħrajn, tibda tħoss ruħek ħafna iktar ħieles… u anqas imweġġa’.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI