Fuq il-paġna uffiċjali Nostalġija, ittellgħu xi ritratt li ttieħdu fl-għassa tal-pulizija.
Dawn it-tlieta, wiċċ familjari għal xi raġuni spiċċaw jiffilmjaw ġewwa l-għassa tal-pulizija. Jidher li din ser tkun xi parti interessanti minn din il-produzzjoni li ser tibda minn Marzu li ġej! It-tlett atturi huma Michela Galea, Jurgen Ciantar, u Herman Bonaci, li ser jinterpretaw il-parti ta’ Ethel, William, u Albert.
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.