“Għall-Ewwel Darba Fix-Xandir F’Malta Ser Ikollna L-Ewwel Preżentatur Visually Impaired Samuel Farrugia!” – Brandon Terribile

Brandon Terribile ilbieraħ filgħaxija ħabbar il-programm ġdid li se jibda llum. Hu jikteb, “Għada nibdew skeda ġdida! Programm ġdid u avventura ġdida b’ĦEJ. Programm li huwa għal qalbi ħafna fejn ser itella’ l-livell tal-programmi tat-tfal f’Malta. Magħmul b’intenzjoni li jippromovi l-inklussività, id-diversità u jirrappreżenta!”



 



Brandon dwar dan iżid jgħid, “Għall-ewwel darba fix-xandir f’Malta ser ikollna l-ewwel preżentatur visually impaired Samuel Farrugia! Din ser tkun pjattaforma b’saħħita għat-tfal! Grazzi lil kulħadd! Segwuna kuljum fuq TVM fl-16.10.” Biex inkunu ċari, din se tkun l-ewwel darba li TVM se jkollu persuna nieqsa mid-dawl tippreżenta għax fil-passat kien hemm preżentatur nieqes mid-dawl fuq ONE u anke fuq Education 22.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Brandon, lil Samuel u lit-tim kollu wara ĦEJ l-isbaħ xewqat. Ninsabu ċerti li diversi tfal ħa jkun qed isegwu b’ħerqa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI