“Għall-Ġid Tal-Pubbliku” – Il-Gozo Channel Bdiet Issakkar Il-Bibien Għall-Garaxx

L-aċċess għall-garaxx abbord il-vapuri tal-Gozo Channel sar ristrett. Din hija miżura ta’ sigurtà biex twaqqaf in-nies milli joqogħdu fil-garaxx matul il-vjaġġ.

Sammy Grech, l-uffiċjal ta’ kollegament tal-kumpanija esprima kemm hu perikoluż li tibqa’ fil-garaxx speċjalment jekk ikun hemm nar u n-nies jinqabdu hemm ġew. “Il-passiġġieri ma jifhmux għall-ġid tagħhom stess, il-periklu ta’ emerġenza.”

Qal ukoll li biex isseħħ emerġenza huwa faċli ħafna.

Għalkemm din ir-regola dejjem kienet hemm, in-nies ilhom jinjorawha u dan l-aħħar anke l-pulizija kellhom jintervjenu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI