"Għamlu Unur Lil Malta Fil-Kompetizzjoni Internazzjonali 'Ultimate Gymnastics'… 7 Midalji Tad-Deheb U 3 Tal-Fidda Bejniethom!" – Skola San Anton

Skola San Anton fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ferħu lil żewġ studenti li kisbu suċċess waqt kompetizzjoni internazzjonali tal-ġinnastika. L-aħwa Nina u Nora minn Skola San Anton irnexxielhom jirbħu diversi medalji wara l-prestazzjoni tagħhom.

“L-aħwa Nina u Nora Sammut għamlu unur lil Malta bil-kompetizzjoni internazzjonali Ultimate Gymnastics f’Croydon, ir-Renju Unit!… iddominaw il-kompetizzjoni b’7 midalji tad-deheb u 3 tal-fidda bejniethom! Id-dedikazzjoni tagħhom, l-ammont ta’ sigħat ta’ taħriġ, u l-passjoni bla waqfien tagħhom għall-ġinnastika artistika tassew tat il-frott fuq il-palk internazzjonali.”

Nifirħulhom u nawgurawlhom iżjed suċċessi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI