Gina Granata tistqarr li ħajjitha hija “waħda ta’ mħabba” tant li anke jekk xi ħadd jipprova jagħmillha l-ħsara, hi tagħżel li tirrispondi b’imħabba u qatt b’kattiverja.
“Qed nipprova wkoll ngħallimha lil ħaddieħor,” tistqarr Gina li ssemmi kif sforz id-dixxiplinà u r-rispett li nisslu fiha l-ġenituri tagħha, sal-lum il-ġurnata ma tafx turi kattiverja lejn dawk ta’ madwarha.
Bosta faħħru l-attaġjament ta’ Gina u semmew li hemm bżonn li iżjed nies jirraġunaw b’dan il-mod.
Prosit, Gina!
Ritratti: Facebook / Maria La Barokka Muscat u iStock