Hekk kif bħalissa għaddejjin it-tfittxijiet sabiex jinstab Jan Pace li ilu nieqes għal dawn l-aħħar jiem, għadu kif inħareġ appell urġenti indirizzat lejn dawk kollha li għandhom xi kameras tas-CCTV mal-faċċata tal-Imsida, l-Pietà, Sa Maison, il-Furjana, l-Belt Valletta, l-Gżira, Ta’ Xbiex, il-Gżira Manoel, il-Ħamrun u żoni kontigwi oħrajn.
“Jekk inti jew xi ħadd li taf għandkom aċċess għal dawn il-filmati li bħalissa huma verament prezzjużi għalina, ċempel lil 119 minnufih,” kitbet l-għaqda Crisis Resolution Malta li bħalissa qed tagħti l-għajnuna tagħha għal dawn it-tfittxijiet.
“Ir-rispons tal-poplu hu wieħed li jirrifletti l-altruwiżmu li għandu dan in-nazzjon,” kompliet tisħaq l-għaqda fejn fakkret kif f’mumenti bħal dawn kull minuta tgħodd.
Ixxerjaw biex tingħata l-għajnuna f’dawn it-tfittxijiet!
Ritratti: Facebook / Crisis Resolution Malta u The Malta Police Force