"Għentni Nqum Fil-Mumenti Diffiċli U Bkejt Kull Meta Rnexxejt…" – Luca Lorenzo Jitlef Raġel Li Kien Spalla Għalih Tul Ħajtu Kollha

Illum huwa jum iswed għal Luca Lorenzo u l-familja kollha tiegħu wara li kif ħabbar fuq il-profil tiegħu, ħalliena nannuh. Dak ir-raġel li tista’ tgħid kien hemm biex jgħinu jqum fuq saqajh meta kellu bżonn u kien hemm ukoll jibki bil-ferħ kull meta irnexxa.

Luca jiddedikalu messaġġ speċjali fejn isemmi kemm lin-nannu tiegħu kien dejjem iqisu “L-aqwa” u “propja superman” tant kemm kien jara fih bniedem mentalment b’saħtu u sod. 

“Rajt biċċa minnek tmut meta n-Nanna telqet … issa minkejja li għafsa ta’ qalb… Mur ħdejha Champ, qed tistenniek. Luca jagħlaq il-messaġġ tiegħu billi jwiegħedu li kemm hu kif ukoll in-nanna, jaf li se jkunu miegħu kull ħin.

Kondoljanzi  Luca, lilek u lill-familja kollha. Jistrieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI