Illum il-kantanta Yorika Attard qasmet il-mument maġiku fuq Facebook hekk kif Eman Agius ipproponilha.
Eman għamel dan waqt li kienu f’rikba sabiħa bil-hot air balloon b’xenarju mill-isbaħ fuq Cappadocia fit-Turkija.
“Araw x’għadu kemm ġara waqt li ninsab it-Turkija,” hi kitbet flimkien ma’ ritratt mill-isbaħ. “Jien għidt ‘iva’ lill-persuna favorita tiegħi fuq rikba tal-ħolm fuq hot air balloon fuq Cappadocia.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil din il-koppja ħelwa.
Facebook/Yorika Attard