Gabriel Għandu L-Immunità Għall-Ġimgħa Li Ġejja U B'Hekk Ma Jistax Jiġi Nominat – X'Taħsbu?

Wara l-eliminazzjoni ta’ Chanelle, daqqa it-telefon u kien Gabriel li ħa r-riskju li jmur iwieġeb it-telefonata. Kienet telefonata importanti ħafna, hekk kif Big Brother qal lil Gabriel li l-ġimgħa d-dieħla hu se jkollu l-immunità u ma jistax jiġi nominat minn sħabu.

Din il-ġimgħa, Gabriel kien l-iktar persuna ivvutat fid-dar iżda għal darb’oħra kien wieħed mill-inqas parteċipanti ivvutati mill-pubbliku. Dan juri li l-udjenza t’hemm barra qed tara potenzjal f’Gabriel u minkejja li sab ruħu diversi drabi innominat, xorta waħda għadu fid-dar.





Dan ifisser li l-ġimgħa d-dieħla, il-parteċipanti aktarx se jkollhom jagħżlu li jinnominaw bejn ħames persuni. Dan għaliex Gabriel għandu l-immunità u jekk ma jkunx hu l-Head of Household, hemm persuna oħra li ma jistax jiġi nominat. Dan ifisser li n-nominazzjonijiet li ġejjin se jkunu verament interessanti.

Qbiltu li Gabriel jirċievi l-immunità?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI