Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Michaela Ann Bayliss kitbet messaġġ fejn esprimiet kemm tapprezza l-kawża ta’ The Briefcase Man, u dan wara li kellha intervista miegħu fuq il-programm tar-radju Campus 103.7.
Hi spjegat, “Ħadt gost niltaqa’ ma’ The Briefcase Man li ġie għal intervista fuq Campus 103.7. Ħadt gost nisma’ l-istorja tiegħu, u ħadt aktar gost nisma’ dwar il-kawża ġenwina u ġusta li qed jaħdem għaliha ma’ ħafna nies.”
Żiedet tgħid, “Il-ġenwinità hija prezzjuża ħafna, speċjalment fiż-żminijiet tal-lum. U li taraha ħierġa minn żagħżugħ, tapprezzaha iktar. Gabriel, kompli agħmel dak li qed tagħmel. Kompli ferraħ lin-nies. Hemm bżonn ta’ aktar pożittività u awtentiċità fid-dinja tal-lum.”
Nirringrazzjawh tal-ġid kollu li jagħmel!
Facebook / Michaela Ann Bayliss u Gabriel Tonna