Fuq il-paġna Friends of The Victoria Lines Trail, tħabbar li ċediet parti mill-Victoria Lines, u sar appell għal tiswija urġenti.
Huma spjegaw, “Iċċedi biċċa mill-Victoria Lines f’Wied il-Faħam. Sfortunatament ikollna nirrapurtaw li ċediet biċċa mis-sezzjoni tal-Victoria Lines fil-Madliena, in-naħa ta’ Wied il-Faħam. Il-lokazzjoni hi 35.930986, 14.456512.”
Żiedu jgħidu, “Irrapurtajna dan lid-Dipartiment tar-Restorazzjoni u Preservazzjoni fil-Ministeru tal-Arti u Kultura. Nirrikonoxxu li dan id-dipartiment għandu ħafna xogħol u riżorsi limitati imma nenfasizzaw li dan huwa każ urġenti. Il-ħajt ta’ Wied il-Faħam huwa parti mill-isbaħ parti tal-Victoria Lines, u waħda mill-iktar li jżuruha nies.”
Nirringrazzjawhom talli għandhom tant għal qalbhom l-istorja u l-kultura Maltija, u nittamaw li ma jdumx ma jiġi rrestawrat.
Facebook / Friends of the Victoria Lines Trail