Il-Papa Ljun XIV Jiddikjara Li Hu Kontra L-Abort U L-Ewtanażja

Waqt żjara li kellu matul dawn l-aħħar jiem fi Spanja, il-Papa Ljun XIV iddikjara b’mod ċar li hu kontra l-abort u l-ewtanażja. Dan fi żmien meta dawn iż-żewġ temi qed iqanqlu dibattitu sħiħ f’diversi pajjiżi.

Fil-Parlament Spanjol, il-Mexxej tal-Knisja Kattolika staqsa “kif tista’ tissejjaħ ġusta soċjetà li twarrab lit-trabi li għadhom lanqas biss twieldu, lill-anzjani, u lil dawk li qed ibatu fis-skiet minħabba mard serju “.

Il-Papa Ljun XIV sostna li l-ħajja ta’ kull bniedem għandha tiġi rikonoxxuta b’dinjità u protetta b’kull mod possibbli “mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha”.

Intom x’taħsbu dwar din l-istqarrija tal-Papa?







Ritratti:

Instagram / @pontifex

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI