“Lanqas Nafu Kif Taru Dawn L-Aħħar Ġimgħat. Ħdimna Bla Nifs” – Ryan U Josmar

Il-preżentaturi lokali Ryan u Josmar ippubblikaw messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna tagħhom.

Huma kitbu, “Lanqas nafu kif taru dawn l-aħħar ġimgħat. Ħdimna bla nifs kemm fuq Sibtek — li jibqa’ dak li għamilna min aħna — kif ukoll fuq Come Dine With Me. Kienu ġimgħat mimlijin xogħol u ħafna ljieli twal, imma kull mument kien worth it.”

Żiedu jgħidu, “Grazzi minn qalbna lilkom kollha, għax ħabbejtu dan il-proġett daqs kemm ħabbejnieh aħna. Grazzi lil Eileen Montesin, grazzi lill-ħbieb tagħna ta’ Tribe, grazzi lil PBS, u fuq kollox grazzi lil kull partner li emmen fina u fil-ħolma tagħna. Grati, dejjem.”



Napprezzaw il-ħidma tagħhom biex wasslulna dawn il-programmi meraviljużi!





Ritratti:

Facebook / Ryan and Josmar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI