“Ġabuhulna B’Saqajh Miksura Wara Li Qala’ Daqqa Ta’ Karozza” – L-AAA

Il-ħidma tal-AAA tkompli tħalli l-frott u tgħin sabiex iżjed annimali jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn meta jisfgħu vittma ta’ xi forma ta’ krudeltà.

Iktar kmieni dil-ġimgħa, l-AAA fil-fatt irnexxielha ssalva kelb li ttieħed għandhom b’saqajh miksura wara li evidentament kien għadu kif qala’ daqqa ta’ karozza.

L-AAA tispjega kif b’xorti tajba issa l-kelb qed jirkupra hekk kif ingħata t-trattament u saritlu l-operazzjoni li kien jeħtieġ.



Prosit lill-AAA tal-ħidma tagħhom!





Ritratti:

Facebook / AAA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI