Fuq il-midja soċjali, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp esprimiet sens ta’ gratitudni lejn Patri Clive Caruana li għadu kif temm il-ħidma tiegħu bħala Gwardjan tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità.
Huma saħqu li l-ħidma ta’ Patri Clive msejsa fuq l-impenn, id-dedikazzjoni u l-imħabba kienet waħda ta’ sostenn u ta’ ġid kbir għall-komunità kollha.
Intant, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp awgurat lil Patri Clive fil-ħidma l-ġdida tiegħu fil-Kunvent u l-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun. Huma esprimew sens ta’ ċertezza li l-ħeġġa u l-umiltà tiegħu se jkunu integrali f’din il-ħidma l-ġdida tiegħu.
Facebook / L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Rabat tal-imdina