L-NGO SOS Malta ser tkun qed tibbenefika minn ftehim soċjali li ġie mġedded mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro mifruxa fuq tliet snin.
Dan il-ftehim ser ikopri s-servizz ta’ Kellimni.com, li jipprovdi servizzi ta’ chat online, 24 siegħa kuljum. Apparti dan is-servizz, qed jiġi offrut servizz ta’ terapija individwali, fi gruppi, u anke dik tal-familja.

Ħafna drabi, dawn is-servizzi jiskattaw wara li tkun daħlet chat minn persuna anonima li tkun qed titlob l-għajnuna minħabba ċertu sitwazzjonijiet diffiċli li tkun għaddejja minnhom.
Min-naħa tagħha l-Kap ta’ SOS Malta, Graziella Schiavone saħqet li ftehimiet bħal dawn jagħtu serħan il-moħħ lill-amministrazzjoni sabiex ikomplu jinvestu f’aktar professjonisti u servizzi.
Aqra aktar HAWN
Facebook/ SOS Malta