“Gawdejniha Għal 94 Sena U Issa Marret Tiltaqa’ Ma’ Missieri”  – Bertu Pace

Mument ta’ niket u riflessjoni għall-familja Pace hekk kif Bertu Pace qasam aħbar ta’ telfa kbira: it-telfa ta’ ommu l-għażiża li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem fl-età ta’ 94 sena. 

Fuq il-midja soċjali, Berto kiteb kliem sempliċi iżda emozzjonali: “Ommi ħallietna llejla. Gawdejniha għal 94 sena u issa marret terġa’ tiltaqa’ ma’ missieri. Grazzi ma’ ta’ dak kollu li tajt lili u lil ħuti. Gawdi l-mistrieħ ta’ dejjem.”

Dan il-messaġġ ma jurix biss in-niket tat-telfa, iżda wkoll ringrazzjament kbir għal ħajja twila mimlija mħabba u sagrifiċċju tal-familja. Il-ħsieb li reġgħet ingħaqdet ma’ żewġha jagħti sens ta’ paċi u faraġ f’dan il-mument tant diffiċli.



Kliem Bertu qanqal ħafna kummenti ta’ sapport, kondoljanzi u solidarjetà minn dawk li jafuh kif ukoll bagħtu t-talb u l-kondoljanzi tagħhom lill-familja Pace.



Minn hawn, aħna wkoll f’isem Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi sinċieri lil Bertu Pace u lill-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem.



Ritratti:

Facebook/ Bertu Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI