Bil-wasla tas-sajf, ħafna telespettaturi Maltin jibdew iħossu n-nuqqas tal-iskeda televiżiva li jkunu draw isegwu. Bosta programmi jkollhom waqfa sa Settembru, fejn terġa’ tibda skeda oħra.
Proprju għalhekk, il-paġna uffiċjali ta’ TVM staqsiet mistoqsija li qanqlet nostalġija u diskussjoni fost il-pubbliku: “Liema programmi tixtieq terġa’ tara?”
Bosta kkummentaw u semmew diversi programmi li ħallew impatt fuq it-telespettaturi Maltin matul is-snin, u li jixtiequ li jerġgħu jixxandru.
Il-programmi li setgħu jagħżlu minnhom huma dawn: L-Għarusa, Dejjem Tiegħek Becky, Deċeduti, Strada Stretta, Ta’ Gerit, Casa Ċelestina, DREAMS, Ir-Ronnie, Katrina, Manwela, Sigrieti u L-Iskorpjun.
Issa l-mistoqsija tibqa’: inti liema programm tixtieq tara jerġa’ jirritorna fuq l-iskrins Maltin?