Ġeru Mhux Prodott, Tant Li L-Ħajja Ma Tinbiegħx – Messaġġ Qawwi Mill-MSPCA

Għadu kemm għalaq għaxar t'ijiem fuq din id-dinja. Twieled b’deformità u, minkejja li għadu daqshekk żgħir u vulnerabbli, spiċċa mibjugħ għal €900.

L-MSPCA qed tqajjem mistoqsija importanti li tolqot il-qalb: x’jiġri meta l-annimali jibdew jitqiesu bħala prodotti u l-flus jitpoġġew qabel il-benesseri tagħhom?

L-appell huwa ċar: ma nixtrux mingħand min jabbuża jew jitraskura l-annimali, u ma niffinanzjawx trobbija irresponsabbli. Qabel tixtri annimal, staqsi mistoqsijiet, fittex dokumentazzjoni u kun af minn fejn ġej tassew, għax kull xiri għandu konsegwenzi. Jekk nibqgħu nħallsu, se jibqgħu jrabbu — u wara kull bejgħ jista’ jkun hemm annimal ieħor qed ibati.

Fl-aħħar mill-aħħar, hija għażla tagħna: nagħżlu l-profitt jew il-benesseri? Id-domanda jew il-kompassjoni? Int x’taħseb? Għandna nkunu aktar responsabbli qabel nixtru annimal?

Ritratti:

Facebook/MSPCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI