Meta Tkun L-Aktar Dgħajjef, Tara Min Tassew Jibqa’ – Il-Messaġġ Tal-Influencer, Johan Mifsud

F’ċerti mumenti tal-ħajja, ikollok bżonn tgħaddi minn żminijiet diffiċli biex tinduna min tassew kien hemm għalik. Meta kollox ikun sejjer tajjeb, ħafna drabi jkun faċli li tkun imdawwar bin-nies. Imma meta tgħaddi minn mument iebes, hemmhekk tibda tara min verament jimpurtah minnek.

Dan kien il-ħsieb li qasam l-influencer Malti Johan Mifsud f’messaġġ mill-qalb, fejn tkellem dwar l-importanza li wieħed jitgħallem ikun hemm għalih innifsu.

Johan fakkar li mhux dejjem dawk li tirrispettahom, tħobbhom u tagħtihom qalbek kollha se jiftakru kemm tkun tajt minnek għalihom. U forsi din tkun waħda mill-aktar lezzjonijiet diffiċli li l-ħajja tgħallimna. “Anke jekk tagħti qalbek kollha lil xi ħadd, ma jfissirx li se jiftakru kemm tajt minnek għalihom,” kiteb.

Il-messaġġ tiegħu huwa wieħed sempliċi iżda qawwi: titgħallem il-lezzjoni, kompli miexi ’l quddiem u qatt tinsa tieħu ħsieb tiegħek innifsek.Għax xi kultant, l-imħabba li tkun tajt lil ħaddieħor trid titgħallem tagħti ftit minnha wkoll lilek innifsek.

Ritratti:

Facebook/Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI