Il-Parroċċa Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem, sellmet lil Fr Gabriel Gauci b’messaġġ ta’ ringrazzjament u gratitudni għas-servizz li ta matul iż-żmien tiegħu fil-komunità.
Il-parroċċa rringrazzjatu għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu, filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat għall-missjoni l-ġdida li ġiet fdata f’idejh bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Qala. Il-komunità qalet, li aktar ’il quddiem se tagħti d-dettalji dwar il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr li se ssir biex Fr Gabriel jiġi rringrazzjat b’mod speċjali.
Fl-istess waqt, il-parroċċa laqgħet b’ferħ lil Fr David Pace MSSP, li se jkun qed jingħaqad magħha u jagħti l-għajnuna tiegħu fil-ħidma pastorali tal-komunità. “Merħba fostna, Fr David!” kienet it-tislima li ngħatatlu hekk kif beda din il-missjoni ġdida.
Il-komunità temmet il-messaġġ tagħha b’talba biex il-Mulej ikompli jakkumpanja liż-żewġ saċerdoti fil-ħidma u l-missjoni tagħhom, filwaqt li tkompli tħaddan kull bidla b’fiduċja u tama.
Facebook/Parroċċa Madonna ta’ Loreto Għajnsielem