“Għada Għeluq Sninek, Sabiħ Tiegħi, R-Raba’ Birthday Mingħajrek … Inħobbok Illum, Għada U Għal Dejjem” – Għal Jean Paul

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna Għal Jean Paul li tieħu ħsiebha ommu Isabelle, qasmet messaġġ proprju lejliet jum għeluq sninu fejn huwa wkoll ir-raba għeluq sninu minn meta ħalla din id-dinja.

Qalet, “Għada għeluq sninek, sabiħ tiegħi. Ir-raba’ Birthday mingħajrek… u għadni ma nistax nemmen li għaddew erba’ snin. Kliem m’hemmx biex jispjega kemm nimmissjak, kemm inħoss in-nuqqas tiegħek u kemm nixtieq li għal darba oħra nista’ nara wiċċek, nismagħlek leħnek u ngħannqek miegħi.”

Żiedet, “Kont u tibqa’ parti minni. L-imħabba ta’ omm għal binha ma tispiċċa qatt, lanqas meta l-ħajja tifridhom. Għeluq is-sena t-tajba, sabiħ tiegħi. Kieku nista’ nagħtik l-akbar rigal, kont nagħtik il-ħajja tiegħek lura. Inħobbok illum, għada u għal dejjem. Għal dejjem ibni. 138 jum twelidek u issa helpline għal min ikollu bżonn xi għajnuna fis-settur li ħasad lilek u lil sħabek!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI