Kieku Għadu Fostna L-Attur Paul Walker Ta’ ‘Fast & Furious’, Illum Kien Jagħlaq 53 Sena

Kieku għadu fostna l-attur Amerikan Paul Walker, illum kien ikun qed jiċċelebra l-età ta' 53 sena. L-attur kien magħruf ferm għas-sehem ewlieni tiegħu fis-sensiela ta' films 'Fast & Furious'. Sfortunatament, fit-30 ta' Novembru tal-2013, hu tilef ħajtu wara li kien involut f'inċident tat-traffiku.

Tlettax-il sena wara li ħalla din id-dinja, bħalissa għaddej dibattitu dwar jekk bil-għajnuna tal-AI, l-attur għandux jidher fl-aħħar film tas-sensiela 'Fast & Furious' li mistenni jittella' fl-2028 bil-għajnuna tal-AI.

Meta ġie mistoqsi dwar dan ħu l-attur, Cody Walker, hu saħaq li ma jixtieqx li jkun involut f'dan il-proċess għaliex sostna li ma jemminx li dan ir-ritorn għandu jseħħ.

Jistrieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook / Paul Walker

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI