“Nixtiequ Nagħtu L-Kondoljanzi Lill-Familja Ahar Għat-Telfa Tal-Għaziz Walter Ahar” – Senglea Regatta Club

Permezz ta’ messaġġ ta’ niket fuq il-paġna tagħhom, is-Senglea Regatta Club sellmu l-memorja tal-għażiż Walter Ahar, li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem.

Huma kitbulu, “F’isem il-kumitat ta’ Senglea Regatta Club nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familja Ahar għat-telfa tal-għaziz Walter Ahar. Walter serva wkoll f’kumitati passati tal-klabb tagħna. Grazzi Walter.”

Diversi persuni ħallew kummenti ta’ tifħir għal Walter, fosthom, “L-Isla tilfet wieħed minn tagħha. Ħadem f’diversi oqsma għall-ġid ta’ Beltna u Niesha,” u “L-għomor lill-familja kollha ta’ dan il-bniedem li vera ħabb lill-Isla.”




Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier.





Ritratti:

Facebook / Senglea Regatta Club

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI