Skont ir-rapport tat-temp fuq Malta Weather, it-temp għal għada t-Tnejn 22 ta’ Frar 2021 “mistenni jkun varjabbli b’riħ mix-Xlokk Forza 5 li jdur lejn ix-Xlokk il-Lvant u jonqos għal Forza 4.”
Il-paġna żvelat ukoll li l-inqas temperatura se tkun dik ta’ 12°C u l-ogħla 16°C. Apparti minn hekk, il-paġna żvelat ukoll li sal-aħħar ta’ dax-xahar se jkollna drabi fejn it-temperatura “mistennija tinħass sħuna daqs 20°C” u “b’ebda xita sinifikanti.”
Jidher li ż-żmien li nilbsu l-ġgieget se jibda jgħaddi…
Facebook/Malta Weather