Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, nedew is-Servizz Nazzjonali ta’ Emerġenza Veterinarja, li permezz tiegħu ġew imnedija tliet inizjattivi ewlenin biex jiġi żgurat aċċess għall-kura veterinarja ta’ emerġenza f’Malta u Għawdex barra l-ħinijiet normali tax-xogħol.
Alicia Bugeja Said, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, ħabbret fuq il-paġna uffiċjali tagħha li se tkun qed tiftaħ il-klinika ta’ emerġenza għall-annimali tant mistennija. Din l-inizjattiva saret flimkien mal-Ministru Anton Refalo.
Hi spjegat permezz ta’ filmat li permezz ta’ din il-miżura, kull min għandu annimal domestiku d-dar se jkollu iktar serħan il-moħħ li jekk tiġri xi ħaġa lill-annimal domestiku tagħhom bil-lejl, huma xorta waħda se jsibu l-għajnuna meħtieġa.
Mal-filmat kitbet, “Għada 26 ta’ Jannar se jkun qed jiftaħ l-ewwel Vet Emergency Clinic bil-lejl f’pajjiżna sabiex nagħtu serħan il-moħħ lil kull sid ta’ annimal! Il-clinic jinsab 7, Wesgċa Reggie Miller il-Fgura, u se jkun miftuħ bil-lejl bejn 8pm u 8am kif ukoll Ħdud u Festi Pubbliċi.”
Facebook / Alicia Bugeja Said u Anton Refalo