“Tliet Ġenerazzjonijiet Li Nibtu Minn Koppja Straordinarja Li Qed Niċċelebrawha Llum” – Clare Agius

L-attriċi u preżentatriċi maħbuba mmens minn tant u tant nies, Clare Agius, illum qed tiċċelebra l-anniversarju ta’ ommha u missierha. Hi kitbitlhom messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali biex tesprimi l-apprezzament tagħha lejhom.

Hi kitbet, “Tliet ġenerazzjonijiet li nibtu minn koppja straordinarja li qed niċċelebrawha llum – Ommi u Missieri. Awguri fit-58 anniversarju tagħkom!”

Żiedet tgħid, “Aħna nħossuna grati għal dejjem għall-imħabba u gwida tagħkom, għal dak kollu li għadkom tagħmlu magħna sal-lum, u għal kull ġurnata! Nitlob li Alla jżomm idejh fuqkom u jżommkom b’saħħitkom.”



Clare ppubblikat ukoll ritratt tal-familja kollha bilqiegħda madwar ommha u missierha. Dan ir-ritratti jirrifletti kif mill-imħabba ġenwina ta’ żewġ persuni, kibret din il-familja sabiħa.



Awguri mill-qalb lil din il-koppja ħelwa!



Ritratti:

Facebook / Clare Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI