It-tenur lokali rinomat Cliff Zammit Stevens qasam messaġġ profond u kommoventi fuq il-midja soċjali hekk kif illum jaħbat id-disa' anniversarju mill-mewt ta' ommu.
Fil-kitba tiegħu, Zammit Stevens stqarr kif l-aktar ħsieb li jiġih f'moħħu ta' spiss huwa x-xewqa li jgħid lil ommu dak kollu li jkun għaddej minnu — kemm l-aħbarijiet sbieħ, kif ukoll dawk l-affarijiet li jkun qed jaħseb iżżejjed fuqhom jew l-istejjer twal li jieħdu ħafna ħin biex jiġu spjegati. Huwa rrifletta dwar kemm jimmissja li jaqsam ħajtu ma' xi ħadd li verament ried jisma' kollox.
It-tenur iddeskriva n-nuqqas ta' omm bħala solitudni unika f'din id-dinja, fejn anke meta l-ħajja tkun mimlija u sabiħa, xorta tibqa' tħoss li hemm parti importanti li hija nieqsa. Huwa żied jgħid li se jdum jibki t-telfa tagħha aktar milli dam ikun binha, uġigħ li skontu qatt mhu se jgħaddi, filwaqt li temm billi sellem lill-anġlu sabiħ tiegħu.
Il-post malajr ġibdet bosta messaġġi ta' solidarjetà, kuraġġ u mħabba mingħand segwaċi, ħbieb u kollegi li esprimew l-appoġġ tagħhom lil Cliff f'dan il-jum diffiċli.
Facebook/Cliff Zammit Stevens